Wikipedija:Amministraturi/Kandidati - Wikipedija
Aqbeż għall-kontentut
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wikipedija:Amministraturi
Il-paġna tat-
talba għall-amministrazzjoni
hija wżata għall-proċess fejn il-
komunità tal-Wikipedija
tiddeċiedi min se jsir
amministratur
, li huma utenti li għandhom aċċess għal għodda tekniċi addizjonali li jgħinu fil-manutenzjoni tal-wiki. L-utenti jistgħu jinnominaw lilhom infushom jew lil xi ħadd ieħor.
Linji gwida
immodifika s-sors
Il-komunità tagħti l-pożizzjoni ta' amministratur lil utenti ta' fiduċja, u għalhekk dawk nominati għandhom ikunu ilhom biżżejjed fuq il-Wikipedija sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni jekk dawn l-utenti humiex ta' min jafdahom. L-amministraturi għandhom ikunu ddixxiplinati minħabba li utenti oħra ħafna drabi jduru lejhom għall-għajnuna u pariri.
Standards għan-nominazzjoni
M'hemm l-ebda prerekwiżiti sabiex isir amministratur, minbarra li jkollok kont u livell ta' fiduċja mill-utenti l-oħrajn. Il-komunità tħares lejn varjetà ta' fattizzi tal-kandidat, u kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu dwar dan.
Nominazzjoni
Sabiex tinnomina lilek innifsek jew lil xi utent ieħor għall-amministrazzjoni, ieqaf u xtarr jekk in-nomina tiegħek hijiex fattibli u ikkunsidra l-kontribuzzjonijiet tiegħek lejn il-Wikipedija u kif l-oħrajn jarawhom. Jekk tixtieq tinnomina lil xi ħadd ieħor, iċċekkja magħhom
qabel
ma tiftaħ il-paġna ta' nominazzjoni. In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu miżjuda biss mill-kandidat jew wara li l-kandidat iffirma l-aċċettazzjoni tan-nomina tiegħu.
Diskussjoni u deċiżjoni
In-nominazzjonijiet jibqgħu miftuħin għal minimu ta' sebat ijiem mill-ġurnata li n-nominazzjoni titniżżel fuq din il-paġna, fejn l-utenti jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, jistaqsu mistoqsijiet u jħallu kummenti. Fi tmiem il-perjodu ta' diskussjoni,
burokrata
jevalwa d-diskussjoni sabiex jara jekk intlaħaqx
kunsens
għall-promozzjoni.
Il-kunsens f'nominazzjoni ma jiġix determinat skont numru partikolari, iżda bil-persentaġġ ta' voti favoreli miksuba. Bħala regola, dawk in-nomini li jirċievu 80% ta' approvazzjoni jgħaddu. Il-burokrati biss għandhom l-awtorità li jagħlqu nominazzjonijiet ta' suċċess. Huma jistgħu wkoll jagħlqu nominazzjonijiet qabel iż-żmien jekk il-promozzjoni ftit li xejn tista' sseħħ u ma jarawx il-bżonn li jħallu l-applikazzjoni miftuħa.
Jekk in-nominazzjoni tiegħek ma tgħaddix, stenna perjodu raġjonevoli qabel terġa' tinnomina lilek innifsek jew taċċeta nominazzjoni oħra. Il-biċċa l-kbira tal-utenti jippreferu jistennew xhur qabel ma jerġgħu japplikaw.
Espressjoni tal-opinjonijiet
Filwaqt li kull Wikipedjan huwa mistieden li jikkummenta fis-sezzjoni Favur, Kontra jew Newtrali, dawk l-edituri li għandhom kont biss jistgħu "jivvutaw". Il-kandidat jista' jirrispondi għall-kummenti ta' oħrajn. Ċerti kummenti jistgħu ma jingħaddux minħabba suspetti ta' frodi: dawn jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ta' edituri ġodda ħafna jew
sockpuppets
. Ikun aħjar li tagħti raġuni wara d-deċiżjoni finali tiegħek, u l-kontribut tiegħek (kemm pożittiv u anke negattiv) ikun aktar rispettat jekk issaħħu bl-evidenza.
Kun dejjem ta' rispett
lejn l-oħrajn fil-kummenti tiegħek. Kritika kostruttiva hija utli għall-kandidati sabiex ikun jista' jagħmel l-aġġustamenti neċessarji għal nominazzjonijiet futuri.
Nominazzjoni
immodifika s-sors
Sabiex tinnomina lilek jew lil xi utent ieħor għal amministratur, segwi dawn il-passi:
Fil-formola t'hawn taħt biddel
ISEM TAL-UTENT
għall-isem tal-utent tiegħek (kun żġur li ktibtu tajjeb).
Jekk din mhux l-ewwel nomina tiegħek, żied spazju wara l-isem tal-utent bin-numru li jikkorispondi man-numru ta' talbiet għall-amministrazzjoni li għamilt. Jekk din hija t-tieni darba li qiegħed tagħmilha, għamel spazju 2. Jekk din hija t-tielet, spazju 3 eċċ.
Meta tmur fil-paġna ta' wara, editja l-paġna u segwi l-istruzzjonijiet t'hemmhekk.
Salva l-paġna.
Immodifika l-paġna mill-ġdid, u ħassar il-linja tal-konferma. Irrispondi l-mistoqsijiet, li għalkemm mhumiex ta' bilfors, huwa nkorraġġut li tirrispondihom.
Ikkopja l-kodiċi:
{{Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/ISEM TAL-UTENT}}
Mur fil-paġna segwenti:
Editja din il-paġna
, żid il-kodiċi t'hawn fuq fejn indikat
Rikjesti attwali
immodifika s-sors
Arkivju tar-rikjesti
immodifika s-sors
Utent
Riżultat
Favur
Kontra
Newtrali
Voti
espressi
Persentaġġ
favur
2005
Roderick Mallia
aċċettat
votazzjoni
100%
2008
Chrisportelli
rifjutat
votazzjoni
33.3%
Borgdylan
rifjutat
votazzjoni
0%
Chrisportelli
aċċettat
votazzjoni
100%
2012
Leli Forte
aċċettat
votazzjoni
100%
2020
ToniSant
aċċettat
votazzjoni
100%
Nevborg
aċċettat
votazzjoni
100%
2021
Pichemist
rifjutat
votazzjoni
0%
Noti
Srl
ġie mogħti dan l-istatus wara
rikjesta
li kien għamel lill-istwetti sabiex isir l-ewwel amministratur tal-Wikipedija Maltija.
Joelemaltais
kien mogħti dan l-istatus bi qbil bejn iż-żewġ amministraturi diġà eżistenti dak iż-żmien,
Srl
Roderick Mallia
, wara li kien hemm ħtieġa ta' xi ħadd li jieħu ħsieb il-Wikipedija fl-assenza ta' Srl. Dak iż-żmien ma kienx hemm biżżejjed utenti attivi biex issir votazzjoni formali.
Miksub minn "
Kategorija
Amministrazzjoni tal-Wikipedija
Wikipedija
Amministraturi/Kandidati
Żid diskussjoni